Hekk kif qed jiġi mfakkar il-Jum Dinji għat-Tfal, ġiet imnedija l-politika nazzjonali għat-tfal li se tkun qed tifrex fuq ħames oqsma relatati li huma l-ambjent fid-dar, il-faqar u l-mobilità soċjali, is-saħħa u l-ambjent, l-edukazzjoni u l-kulturà.
Din il-politika nazzjonali ġiet imnedija mill-Ministru għas-Sigurtà Soċjali Michael Falzon.
Il-politika nazzjonali tinkludi 110 għanijiet li l-mira ewlenija hija li l-ideat tat-tfal jiġu aktar ikkunsidrati u tenfasizza fuq l-importanza li l-vuċi tinstema’ aktar.
Qed jiġi mħeġġeġ ukoll aktar involviment tat-tfal fil-livelli kollha tas-soċjetà, filwaqt li jkun hemm aktar aċċess għal servizzi u sigurtà.
Matul il-proċess tal-abbozz ġew ikkonsultati tfal li l-età tagħhom tvarja minn 4 sa’ 17-il sena, bid-dokument ta’ din il-policy jsir f’forma ta’ ktieb sabiex jispjega f’lingwaġġ li jagħrfuh aktar it-tfal.
Dan il-ktieb se jkun qed jitqassam fl-iskejjel kollha f’Malta u Għawdex.
Kienet il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca li bdiet il-ħidma fuq din il-politika nazzjonali meta kienet Ministru għas-Sigurtà Soċjali.