L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini se tiġi rilokata f'Amsterdam

Malta kienet tefgħet in-nomina għal din l-aġenzija iżda rtirata fil-jiem li għaddew

L-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini se timxi minn Londra għal Amsterdam filwaqt li l-Awtorità Bankarja Ewropea se tiġi rilokata f’Pariġi.

Malta kienet oriġinarjament tefgħet in-nomina biex tirbaħ l-aġġudikazzjoni tal-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini iżda irtirat fil-jiem li għaddew.

Finalisti għal din l-aġenzija kien hemm Amsterdam,  Milan u Kopenhagen, b’din tal-aħħar tiġi eliminata fit-tieni rawnd.

Kienu 19-il pajjiżi li tefgħu isimihom għall-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini, li aktar tard flimkien ma’ Malta rtiraw ukoll il-Kroazja u l-Irlanda.

Kemm l-Aġenzija Ewropea tal-Mediċini kif ukoll l-Awtorità Bankarja Ewropea jridu jiġu rilokati hekk kif ir-Renju Unit se jitlaq mill-Unjoni Ewropea f’Marzu tal-2019. 

More in Politika