'Ma naqbilx mal-mozzjoni. Nifhem li dak li qed jitwettaq huwa materja ta' dritt...għalfejn għandna nfixxklu dritt lil kategorija u mhux oħra?' staqsa id-Deputat Godfrey Farrugia hekk kif bħalissa għaddejja diskussjoni dwar mozzjoni li ressaq il-PN dwar il-leave lill-ġenituri li jkunu jridu jgħaddu mill-proċess tal-IVF. 'Għalhekk se nivvota kontra għax din kwistjoni tad-dinjità tal-bniedem u mad-dinjità tal-bniedem m'hemmx prezz,'sostna Farrugia.
'M'għandniex nibżgħu' sostna Farrugia li qal li anke l-kunċett tal-gamete donation, 'sakemm id-donazzjoni tal-isperma u l-bajda tħares id-dinjità tal-bniedem huwa kunċett li rridu nħaddmuh.'
Huwa fakkar kif hu kien kiteb tliett darbiet lill-Prim Ministru Joseph Muscat dwar din il-mozzjoni, 'iżda qatt m'għoġbu mqar jibgħat aknowledgement. Prim Ministru, agħtini widen,' appella Farrugia.
Intant s'issa anke d-Deputata Nazzjonalista Therese Comodini Cachia stqarret illi se tkun qed tivvota kontra l-mozzjoni tal-PN.