Maħtura l-uffiċjali tal-Kunsill Amministrattiv tal-PN

Għal kull kariġa vakanti kien hemm nomina waħda

F’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li saret ilbieraħ filgħaxija fid-Dar Ċentrali tal-partit, ġew eletti l-uffiċjali l-ġodda tal-Kunsill Amministrattiv.

Għal kull kariġa vakanti kien hemm nomina waħda.

Matul l-istess laqgħa, Clyde Puli ġie kkonfermat bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-Partit Nazzjonalista.

L-uffiċjali l-oħra eletti kienu dawn:

Mark Anthony Sammut – President tal-Eżekuttiv
David Stellini – President tal-Kumitat Amministrattiv
Roselyn Borg Knight – Segretarju Internazzjonali
David Camilleri – Teżorier

More in Politika