L-intimidazzjoni u l-abbuż fuq il-midja mhix aċċettabbli, hekk sostna l-MEP Francis Zammit Dimech waqt laqgħa tal-Kumitat CULT tal-Parlament Ewropew li huwa responsabbli mil-midja.
Fil-ġranet li għaddew, Zammit Dimech, iltaqa’ mal-ġurnalisti Maltin fejn iddiskuta l-isfidi li qed jaffaċċjaw, li ppreżenta fil-Parlament Ewropew.
Huwa enfasizza wkoll il-bżonn li jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xoħol tal-ġurnalisti u l-professjonisti fil-midja.
Qal li f’xi waqtiet, ix-xogħol tagħhom ma jiġiix rikonoxxut għall-professjonalità tagħhom u dan iħalli impatt fuq l-indipendenza u l-mod kif huma jagħmlu xogħolhom.
Francis Zammit Dimech tkellem fuq il-pluraliżmu fil-midja u l-bżonn ta’ aktar investiment minħabba ż-żieda tal-‘fake news’.