Waqt konferenza kontra l-vjolenza fuq in-nisa, il-Ministru Helena Dalli saħqet li l-vjolenza domestika qatt ma tista tkun aċċettabli għalhekk "għandna naħdmu biex inqajmu aktar kuxjenza, sabiex finalment nwaqqfu dan il-kankru tal-vjolenza domestika.'
Il-Ministru Dalli fakkret kif wieħed mill-punti ta diskussjoni waqt il-Presidenza tal-Kunsill tal-Ewropa tas-sena l-oħra kien proprju l-vjolenza domestika. Dalli spjegat kif "meta konna żgħar in-nies kienu jibzgħu jitkellmu u għall-inqas aħna li qed nitkelmu llum, bis-saħħa tagħna, in-nisa li għaddejjin minn xi tip ta vjolenza qegħdin jitkellmu u jirrikorru għand l-awtoritajiet jew organizzazzjonijiet rispettivi’
Aċċennat ukoll għat-tfal li jkunu qed jaraw u jesperjenzaw vjolenza domestika fid-dar u li tibqa 'ssegwihom' tul ħajjitom kollha. Il-Ministru fakkret ukoll kif bħalissa għaddej it-tieni qari tal-liġi tal vjolenza domestika li se taċċerta li pajjiżna jiġi konfromi mat-trattat ta' Istanbul.
‘Għandna niżirgħu l-idea f'moħħ it-tfal tagħna li ma naċċettaw qatt il-vjolenza domestika. Ma nistgħux nħallu aspett li ma nindirizzawx u nibqgħu naħdmu għaliex il-vjolenza domestika m'għandha qatt tkun aċċettabbli f'kull soċjetà li teżisti.