Fl-ewwel għaxar xhur tas-sena l-Fond Konsolidat ra surplus ta’ €4 miljun u d-dejn nazzjonali naqas meta mqabbel mas-sena li għaddiet.
Filwaqt li matul l-2016 ġie rreġistrat surplus ta’ €9 miljun, fl-ewwel għaxar xhur ta’ dik is-sena kien hemm żbilanċ ta’ €105 miljun.
Dan ifisser li, meta mqabbel mal-2016 kien hemm titjib ta’ €114 miljun.
Id-dħul tal-Gvern fl-ewwel għaxar xhur tal-2017 kien €375 miljun iktar minn sena ilu.
Fl-ewwel għaxar xhur tal-2017 l-ispiża kapitali żdiedet bi kważi €7 miljun.
Din iż-żieda kienet iffinanzjata minn tnaqqis fl-ispiża tal-Gvern fuq imgħaxijiet fuq dejn pubbliku.