Malta l-ewwel fost il-pajjiżi kollha tal-UE fis-servizzi onlajn

Malta ġiet l-ewwel fl-indikaturi kollha fosthom l-aċċessibilitá u d-disponibbilitá teknika onlajn

Il-Kummissjoni Ewropea ikklassifikat lil Malta fl-ewwel post mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea fis-servizzi onlajn.

Fir-rapport ‘e-Government Benchmark Report 2017’, Malta ġiet l-ewwel fl-indikaturi kollha fosthom l-aċċessibilitá u d-disponibbilitá teknika onlajn.

Fi stqarrija, il-Gvern qal li matul dawn l-aħħar snin sar investiment għal aċċessibilitá aħjar fis-servizzi pprovduti onlajn.

Dawn jinkludu mat-800 servizzi kif ukoll l-użu tal-e-forms.

Permezz tal-e-forms naqas ukoll iż-żmien ta’ stennija għan-negozji, speċjalment iż-żmien biex wieħed jibda negozju naqas minn xahrejn għal massimu ta’ tliet ijiem.

More in Politika