Is-Sieħeb maniġerjali tal-kumpanija Nexia BT kkommetta li jagħti tweġibiet lill-Membri Parlamentari Ewropej li ġejin Malta bħala parti minn missjoni ta' jumejn dwar is-saltna tad-dritt f'Malta. Tonna kien il-persuna li fetaħ il-kumpaniji fil-Panama tal-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief if Staff tal-PM Keith Schembri.
Huwa qal li lest jibgħat ir-risposti bil-miktub, imma mhux lest li jiltaqa' mal-MPE wiċċ imb'wiċċ. Il-grupp ta' disa' MPE se jiltaqgħu ma' rappreżentanti tal-Gvern, attivisti fosthom ta' għaqdiet mhux governattivi bħall Aditus u anke ma' matthew caruana Galizia, it-tifel tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li nqatlet f'karozza bomba f'Ottubru.
'Nifhem l-intenzjoni tad-delegazzjoni li ssir taf aktar dwar is-servizzi li toffri Nexia BT dwar tassazzjoni u ċittadinanza b'investiment. Mhux qed nistenna li d-delegazzjoni tistaqsi mistoqsijiet li huma speċifikament dwar klijenti jew nies li huma koperti minn obligazzjonijiet legali ta' segretezza,' sostna Tonna.
Intant l-eks Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Arnold Cassola sostna illi Tonna reġa 'qed jaħrab....Kompli għaddas ir-reputazzjoni tagħna u ta' pajjiżna fil-ħama, Brian.,' sostna Cassola.