'L-UE saret titkellem dwar l-immigrazzjoni fuq qafas li ntlaħaq f'Malta'

Il-Prim Ministru Joseph Muscat attenda summit bejn l-Ewropa u l-Afrika fil-Kosta tal-Ivorju

Ritratt | DOI Clifton Fenech
Ritratt | DOI Clifton Fenech

Fi tmiem summit tal-Mexxejja Ewropej u Afrikani li saret fil-Kosta tal-Ivorju, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li din kienet laqgħa ferm importanti bħal kontinwazzjoni għall-Valletta Summit.

Hekk kif l-immigrazzjoni kienet waħda mit-temi li ġew diskussi fis-summit.

Muscat qal li d-diskussjoni m’għadhiex issir fuq paġna vojta bħal qabel imma fuq qafas ta’ pjan li l-Unjoni Ewropea kienet bdiet f’Malta.

Wara l-Valletta Summit, kull pajjiż Ewropew inkluż Malta, qed jikkontribwixxi fl-immigrazzjoni.

Il-Prim Ministru qal li permezz ta’ dan il-qafas, qed jiġi diskuss il-ħolqien tal-opportunitajiet ta’ xogħol fl-Afrika u li jsiru proġetti ġodda.

Spjega li dan kien il-qofos tas-summit li dak li beda minn Malta jibda’ jasal il-frott tiegħu permezz tal-pjan il-ġdid fil-Kosta tal-Ivorju. 

More in Politika