Ferris jitfa' dellijiet ta' dubju fuq l-integrità tal-Ministru Carmelo Abela'

L-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris jgħid li meta tkun ippublikata email partikolari l-poplu se jiġġudika kemm hu integru l-Ministru Abela

L-eks Spettur Jonathan Ferris
L-eks Spettur Jonathan Ferris

Meta kien ħiereġ minn Dar l-Ewropa, iktar kmieni ilejla l-eks Spettur tal-Pulizija Jonathan Ferris li kellu xogħolu itterminat mill-FIAU u li allega illi kien hemm indħil Ministerjali biex seta' jsir dan sostna li kulħadd se jkun jista' jiddeċiedi fuq l-integrità tal-Ministru Carmelo Abela.

Ilbieraħ il-Kap tal-PN u tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkwota mezzi tax-xandir u sostna li kien il-Ministru Carmelo Abela li meta kien Ministru, indaħal f'investigazzjonijiet li kien qed imexxi l-istess Spettur. 

Mistoqsi mill-ġurnalisti, Ferris qal illi minkejja li dalgħodu l-Ministru Abela ġab fid-dubju il-kredibilità tiegħu, "meta l-affarijiet joħorġu imbagħad kulħadd jiddeċiedi fuq l-integrità tiegħu."  Huwa qal li dan se jseħħ meta tkun pubblika email li, allegatament, turi illi Abela ndaħal dwar investigazzjoni relatata ma' frodi li kien qed jaħdem fuqha Ferris.

Il-Ministru Abela ċaħad rapporti li dehru fuq is-sit Lovin' Malta li fil-fatt irrapporta kif kien hu li ndaħal fl-investigazzjonijiet. 

Ferris kien akkumpanjat minn l-Avukat tiegħu Jason Azzopardi. 

More in Politika