Il-grupp 'Occupy Justice' ikkundanna liċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri u fi stqarrija sostna li r-raġuni li dan ġab biex ma jiltaqax mad-delegazzjoni ta' Membri Parlamentari Ewropej (MPE) hija 'patetika'. Schembri qal illi bħalissa hemm inkjesta maġisterjali għaddejja u din kienet ir-raġuni għalfejn ma ltaqax mad-delegazzjoni waħdu.
"L-ebda inkjesta mhi raġuni biex ma tweġibx. Din mhi xejn ħlief skuża patetika...jekk xejn Schembri għandu d-dover li jitkellem u jwieġeb mistoqsijiet dwar l-aġir tiegħu. Fid-dawl ta' dan Occupy Juystice tistaqsi; x'qed jaħbi Schembri? U l-Prim Ministru għalfejn qed jipproteġieh?' jistaqsu tal-Occupy Justice.