Qtil DCG | Il-kumpilazzjoni tal-provi se tibda nhar il-Ħamis

Quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech

Il-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront tat-tliet irġiel arrestati b'rabta mal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia se tibda nhar il-Ħamis li ġej quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech.

Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija.

Alfred Degiorgio ta' 52 sena magħruf bħala l-Fulu, George Degiorio ta' 54 sena magħruf bħala ċ-Ċiniż u Vince Muscat ta' 55 sena magħruf bħala l-Koħħu ġew arrestati u jinsabu akkużati fost l-oħrajn b'rabta mal-qtil ta' Caruana Galizia, li jagħmlu parti minn ċirku kriminali, li kellhom u għamlu użu minn splussiv u li huma reċedivi.

Meta tressqu quddiem il-Qorti t-Tlieta li għadda huma kienu wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi li tressqu fil-konfront tagħhom.

Mill-kumpilazzjoni tal-provi għandu jirriżulta jekk l-irġiel jitpoġġewx fuq kap ta' akkuża u jibdew jgħaddu ġuri.

More in Politika