L-MUT twaqqaf l-istrajk li kienet sejħet fl-MCAST

L-MUT u l-maniġment tal-MCAST se jkomplu d-diskussjonijiet nhar il-Ħamis

L-MUT illum iltaqgħet mal-Maniġment tal-MCAST b'dan tal-aħħar jippreżenta proposta finanzjarja ġdida. Għalkemm il-proposta xorta mhux aċettabbli għall-MUT, l-istess unjin se tkun qed twaqqaf l-azzjoni ta' strajk ta' ġurnata fl-MCAST, li kien skedat għal nhar il-Ġimgħa.

L-MUT u l-MCAST qablu li jkomplu bin-negozjati minn nhar il-Ħamis meta se jiddiskutu skeda ta' laqgħat li għandhom iwasslu għal konklużjoni fin-negozjati għal ftehim kollettiv ġdid ta' dawn l-għalliema. 

 

 

 

More in Politika