74 pulizija u ekspulizija onorati b’midalja għas-servizz

F’din iċ-ċerimonja ġew imqassma b’kollox 82 midalja

74 membru tal-Korp tal-Pulizija u ekspulizija ġew onorati b’midalja għal servizz twil u effiċjenti f’ċerimonja li saret fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. 

Din is-sena 17-il pulizija u ekspulizija ngħataw il-medalja għal servizz twil u effiċjenti wara li għalqu 18-il sena  servizz. 37 ngħataw l-ewwel clasp wara 25 sena servizz u 28 oħra rċevew t-tieni clasp tagħhom wara 30 sena ta’ servizz.

F’din iċ-ċerimonja ġew imqassma b’kollox 82 midalja. Il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia qal li bħalissa għaddejjin it-taħdidiet sabiex jiġi aċċettat il-ftehim settorali għall-membri tal-Korp tal-Pulizija.

Huwa qal ukoll li qed jiddiskuti ma’ diversi uffiċjali tal-korp sabiex jitjiebu l-kundizzjonijiet tagħhom ħalli jħajru lil dawk li għalqu 25 sena servizz sabiex ikomplu jagħtu l-esperjenza tagħhom lill-korp.

Żied jgħid li mhux se jħalli lil min jagħmel dell ikrah lill-Korp u saħaq li se tinbidel il-liġi biex ikun hawn aktar pieni ħorox għal min jagħmel vjolenza fuq membri tal-Korp.

Min-naħa tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar saħaq li kellu l-unur jaħdem ma’ bosta mill-membri preżenti għaċ-ċerimonja.

More in Politika