Lejn iż-żgħażagħ ta' 16-il sena jivvutaw għall-MEPs u l-elezzjoni ġenerali

Is-Segretarju Parlamentari Julia Farruga ressqet l-abbozz għal dan għall-ewwel qari

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi Julia Farrugia Portelli ressqet għall-ewwel qari l-abbozz biex jiġu emendati l-Kostituzzjoni u liġijiet tal-elezzjoni ġenerali biex fl-elezzjonijiet għall-MEPs u għall-elezzjoni ġenerali, iż-żgħażagħ li għandhom 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw.

Dan wara li ż-żgħażagħ li għandhom 16-il sena jistgħu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, se jkun possibbli li ż-żgħażagħ din id-darba jiddeċiedu wkoll min jirrappreżenta lil Malta fil-Parlament Ewropew u f’livell nazzjonali.

More in Politika