€1.8 miljun f'restawr fit-Teatru Manoel

L-għan prinċipali tar-rinnovazzjoni hu li tingħata esperjenza aħjar lill-artisti u lill-udjenza tat-teatru

Ritratt | DOI Jason Borg
Ritratt | DOI Jason Borg

It-Teatru Manoel għadda minn rinnovazzjoni ta’ €1.8 miljun li ġie ffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali.

L-għan prinċipali tar-rinnovazzjoni hu li tingħata esperjenza aħjar lill-artisti u lill-udjenza tat-teatru.

Ir-rinnovazzjoni wasslet għall-installazzjoni ta’ 'parterre boxes' ġodda, ta’ twapet ġodda fil-galleriji u fil-'parterre boxes' u parquet ġdid fil-'plateau'.

Il-pjattaformi fil-'boxes' tneħħew biex tittejjeb l-aċċessibilità.

F'dan l-istaġun teatrali se tiġi introdotta sistema ta’ ventilazzjoni u kontroll tal-klima fit-teatru, 'induction loop system' għal min hu nieqes mis-smigħ, siġġijiet ġodda u titjib tal-'orchestra pit' fost l-oħrajn.

It-Teatru Manoel se jiftaħ il-bibien tiegħu għall-produzzjoni li jmiss li hi l-pantomima Alice in Wonderland bejn it-23 ta’ Diċembru u s-7 ta’ Jannar li ġej.

More in Politika