L-Inġinier Jason Vella nħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Enemalta plc u se jibda fil-kariga mill-1 ta’ Jannar li ġej.
L-Inġinier Vella ngħaqad mal-Enemalta fl-2017 biex imexxi d-Dipartiment tal-Istrateġija u l-Kummerċ li twaqqaf f’dawn l-aħħar snin.
Huwa ggradwa fl-inġinerija elettrika u fforma parti mit-tmexxija ta’ diversi kumpaniji fosthom GO pls u s-sussidjarji tagħha kif ukoll Alberta Fire & Security.
Huwa se jkompli bil-ħidma tal-Enemalta biex tfittex opportunitajiet ġodda ta’ investiment fl-enerġija kemm f’Malta wkoll barra.