Il-Partit Demokratiku qed jappella lill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Għola (NCFHE) sabiex tirrevoka l-liċenzja tal-Università Amerikana (AUM).
Il-PD qed isostni li fid-dawl li ġew imkeċċija l-akkademiċi u m’hemmx biżżejjed studenti jattendu l-Università allura l-NCFHE għandha tirrevoka l-liċenzja mogħtija lill-AUM.
Il-PD lanqas ma huwa jemmen li din l-Univesità se tkun tista’ ssib l-ammont tal-istudenti mbassar, twassal il-kurrikulu tagħha u fl-istess ħin tgħin l-ekonomija b’€85 miljun.
Fi stqarrija, l-Partit Demokratiku saħaq li dan ma huwa xejn ħlief investiment li falla għalkemm ingħata konċessjonijiet speċjali.
Isostni wkoll li l-Gvern irid jindirizza s-settur tal-edukazzjoni għaliex mhux qed iżomm mal-wegħdi li saru fil-manifest elettorali.
Għalhekk il-PD qed jisħaq li l-art fiż-Żonqor u l-binja fil-Baċir numru Wieħed għandhom jingħataw lura lin-nies.