Jitolbu lill-Ombudsman ineħħi lill-Kummissarju għall-Edukazzjoni

L-MCWO tisħaq li l-pożizzjoni ta' Charles Caruana Carabez mhix tenibbli wara artiklu li kiteb f'gazzetta

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez
Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni Charles Caruana Carabez

Il-Konfederazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa (MCWO) qed tappella lill-Ombudsman sabiex ineħħi lil Charles Caruana Carabez mill-pożizzjoni ta’ Kummissarju għall-Edukazzjoni.

L-MCWO, li hija magħmula minn 12-il organizzazzjoni, qed tagħmel din it-talba wara opinjoni li Caruana Carabez kiteb fil-gazzetta Times of Malta fil-5 ta’ Jannar li għadda.

Il-Konfederazzjoni qed issostni li dan l-artiklu juri li l-Kummissarju għall-Edukazzjoni huwa preġudikat kontra n-nisa u li ma jikkunsidrax lin-nisa daqs l-irġiel.

L-MCWO fi stqarrija tenfasizza li l-irwol tal-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-uffiċċju tal-Ombudsman għandu jkun jwassal ir-rispett u l-imparzjalità bejn l-irġiel u n-nisa.

L-istqarrija tkompli l-pożizzjoni ta’ Caruana Carabez m’għadhiex tenibbli, għaliex fi kliem il-Konfederazzjoni ma jistax jaqdi dan id-dmir.

Charles Caruana Carabez kien inħatar Kummissarju għall-Edukazzjoni mill-Ombudsman fl-1 ta’ Settembru li għadda.

More in Politika