Il-prezz taċ-ċilindru tal-gass tat-12 kg se jiżdied b’50 ċenteżmu minn €15.50 għal €16.
Din se tkun it-tieni żieda fil-prezz fi ftit xhur wara li f’Awwissu li għadda kien għola b’€1.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi qal li ntlaħaq qbil mal-Liquigas u mar-Regolatur tal-Enerġija sabiex il-prezz tal-gass ma jerġax jiżdied għall-kumplament ta’ din is-sena.
Joe Mizzi qal li ż-żieda fil-prezz tirrifletti żidiet li ġew irreġistrati fil-prezz internazzjonali tal-gass LPG.
Sostna li l-prezz f’Malta se jkun qed jiżdied bi 3% meta dak internazzjonali żdied bi 25%.