Qbil bejn l-Air Malta u l-bdoti

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ħabbar dan tard matul il-lejl li għadda

Intlaħaq qbil dwar il-ftehim kollettiv ġdid għall-bdoti sabiex jitressaq lill-membri tal-ALPA biex jiġi approvat.

Kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ħabbar dan tard matul il-lejl li għadda.

Il-Ministeru għat-Turiżmu, l-Air Malta u l-ALPA ilhom għal dawn l-aħħar xhur f’taħdidiet fuq il-ftehim kollettiv ġdid għall-bdoti.

Bil-ftehim il-ġdid, il-vot li kien qed jittieħed ma baqax jgħodd.

Wara l-ftehimiet l-oħra li ġew iffirmati bejn l-Air Malta u l-unjins l-oħra tal-ħaddiema, il-Prim Ministru kien stqarr li ma kienx se jħalli lil min jipperikola l-għajxien tal-ekonomija ta’ Malta.

More in Politika