L-MEPs tal-Partit Nazzjonalista fakkru t-tielet xahar mill-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.
Dan sar permezz ta’ azzjoni simbolika bi tqegħid ta’ fjuri u ftit mumenti ta’ silenzju quddiem is-sala tal-konferenzi tal-aħbarijiet fi Strasburgu, li ġiet ddedikata lil Caruana Galizia.
It-tliet MEPs tal-PN, David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech qalu li mhux se jieqfu qabel titwettaq ġustizzja, ssir bidla u tiżdied il-kontabbilità.
Appella li għandu jinstab il-moħħ wara l-assassinju ta’ Caruana Galizia.
Qalu wkoll li l-istorja reċenti uriet li individwi jew organizzazzjonijiet li jkunu jridu jagħlqu ħalq jew jintimidaw lill-ġurnalisti jużaw żewġ metodi differenti, li jew joqtlu lill-ġurnalist jew ibdew azzjonijiet legali f’ġurisdizzjonijiet barra mill-Unjoni Ewropea.
Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista saħqet li mhix se taċċetta dawn l-affarijiet.