Il-unjin Maltija tal-għalliema, l-MUT ħarġet numru ta’ direttivi lill-membri tagħha li se jibdew min-nhar it-Tnejn li ġej kif ukoll ta’ sagħtejn fl-MCAST nhar il-Hamis u l-Ġimgħa li ġej.
Dan l-istrajk se jsir bejn l-10 ta’ filgħodu u nofsinhar. L-MUT waslet għal dawn l-azzjonijiet industrijali hekk kif fi stqarrija qalet li m’hemmx rieda mit-Taqsima tar-Relazzjonijiet Industrijali (RIU) sabiex jintlaħaq qbil fuq il-lekċerers.
L-MUT qalet ukoll li l-aħħar ftehim skada aktar minn sena ilu u li għalkemm saru negozjati matul dan il-perjodu, l-RIU qed tuża tattika ta’ dewmien biex twaqqaf in-negozjati.