48 Malti fost il-130 ħaddiem tal-Betsson li tilfu xogħolhom

Silvio Schembri qal li l-ħaddiema li ġew sensjati se jaħdmu ma’ kumpaniji oħra fil-‘gaming’ ukoll 

Il-Betsson kienet qed tħaddem elf ħaddiem f'Malta
Il-Betsson kienet qed tħaddem elf ħaddiem f'Malta

48 ħaddiem Malti li jaħdmu mal-kumpanija Betsson huma fost il-130 ħaddiem li spiċċaw bla xogħol mill-uffiċju f’Malta wara li l-kumpanija ddeċidiet li tissensja 160 ħaddiem mit-12-il uffiċċju tagħha.

Jirriżulta li din id-deċiżjoni ttieħdet bħala parti minn ristrutturar li Betsson se tkun qed tagħmel.

Betsson hija l-ikbar kumpanija tal-‘gaming’ f’Malta u dan l-aħħar kienet qed timpjega 1,000 persuna f’pajjiżna u mal-1,900 ħaddiem madwar id-dinja. Betsson kienet ingħatat il-liċenzja li taħdem f’Malta fl-2004.

Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri

Dwar dawn is-sensji, is-Segretarju Parlamentari għall-Ekonomija Diġitali Silvio Schembri qal li l-ħaddiema li ġew sensjati se jaħdmu ma’ kumpaniji oħra fil-‘gaming’ ukoll.

Huwa esprima sodisfazzjoni li l-kumpanija se żżomm l-uffiċċju ewlieni tagħha ibbażat f’Malta.

F’Malta hawn b’kollox mad-9,000 persuna li jaħdmu fis-settur tal-‘gaming’.

More in Politika