Il-każ tal-privatizzazzjoni kontroversjali bejn il-Gvern u l-Vitals Global Healthcare, li sar fl-2015 u li bla mistenni waqa' wara 20 xahar biss, qed ikompli jsib ir-reżistenza, apparti ħafna mistoqsijiet mill-midja.
It-tobba ħabbru li qed jirreġistraw tilwima industrijali mal-Gvern u li mill-5 ta' Frar se jibdew azzjonijiet industrijal. Il-Kunsill tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) sostna li l-assoċjazzjoni għandha tagħmel alleanzi ma' unjins oħra fil-qasam tas-saħħa u jekk hemm bżonn issejjaħ għall-appoġġ fosthom ukoll.
Il-President tal-MAM Martin Balzan ikkritika bil-qawwi dan il-ftehim mal-VGH u qal illi dan il-kuntratt imur kontra l-interess nazzjonali u kontrra l-interess tal-pazjent.
Intant kienet il-gazzetta ILLUM li żvelat kif lanqas il-unjin tal-infermieri, l-MUMN, ma kienet ikkonsultata dwar il-possibilità ta' dan il-bejgħ minn VGH lil Steward Healthcare.
Ara l-istorja kollha u l-kontroversji tal-VGH f'Malta, hawnhekk.