L-eks Segreatraju Ġenerali tal-General Workers Union Tony Zarb sostna illi t-tobba li strajkjaw minħabba nuqqas ta' qbil serju dwar il-ftehim tal-Gvern mal-VGH "abbandunaw lill-pazjent." Waqt li kien f'dibattitu mal-eks Segretarju Ġenerali tal-UĦM Gejtu Vella fuq il-programm NET Live, Zarb saħansitra qal illi dawk li pparteċipaw fl-istrajk kienu qed jiskru l-ġurament li ħadu biex jissalvagwardjaw lill-pazjent.
"Ħallewhom lampa stampa lill-pazjenti..." sostna Zarb. Vella qal li dak li kien qed jgħid Zarb kien żbaljat u li l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) kellha u għandha kull dubju loi tagħmel strajk.
"J'Alla jsibu soluzzjoni mal-Gvern (il-MAM), biex ma jerġgħux jispiċċaw 3,000 pazjent abbandunati," temm jinsisti Zarb.
Ftit tal-mumenti ilu ġiet fi tmiemha laqgħa oħra bejn il-Gvern u l-MAM li kienet inkonklussiva. Iż-żewġ partijiet se jerġgħu jiltaqgħu nhar il-Erbgħa.