Il-Linja Nazzjonali tal-Ajru, l-Air Malta, se tkun qed tikri l-għaxar ajruplan tagħha bil-għan li tlaħħaq mat-titjiriet ġodda li se tibda topera.
Intant, fix-xahrejn li ġejjin, se jkun qed jibda jopera d-9 ajruplan tal-Air Malta biex l-għaxar ajuplan jingħaqad mal-flotta f’Mejju.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet, iċ-Ċerpersin tal-Air Malta, Charles Mangion, ħabbar ukoll titjiriet ġodda lejn l-ajruporti ta’ Cagliari f’Sardinja u London Southend.
L-Air Malta se tkun qed topera dawn it-titjiriet minn Malta u se tkun qed tgħaqqad ukoll l-ajruporti ta’ Cagliari u Katanja ma’ London Southend.
L-ajruport ta’ London Southend inbena għall-Olimpjadi tal-2012 u huwa 45 minuta ‘l bogħod miċ-ċentru. Il-vjaġġ one-way lejn dan l-ajruport se jkun jiswa €39.
L-Air Malta se żżomm it-titjiriet tagħha lejn Gatwick u Heathrow.
Min-naħa tiegħu, il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Air Malta riesqa biex sal-aħħar ta’ Marzu li ġej tieqaf tagħmel telf.
“Il-futur tal-linja tal-ajru jidher sabiħ,” temm jgħid il-Ministru.