L-Arċisqof Charles J Scicluna joħroġ mill-Isptar fiċ-Ċilì

Huwa kien rikoverat wara operazzjoni li saritlu iktyar kmieni din il-ġimgħa...

L-Arċisqof Charles J. Scicluna llejla ħareġ mill-Isptar ta’ San Carlos de Apoquindo, f’Santiago, iċ-Ċilì, fejn kien rikoverat għal dawn l-aħħar tlitt ijiem. 

Mons. Scicluna ser jagħmel perjodu ta’ konvalexxenza fin-Nunzjatura Appostolika taċ-Ċilì, fejn mistenni jkompli bil-ħidma relatata mal-missjoni li fdalu l-Papa Franġisku. 

L-Arċisqof daħal fl-Isptar imsemmi wara uġigħ li wassal għal operazzjoni fil-marrara. Huwa jinsab fiċ-Ċilì fuq investigazzjoni ta' allegazzjonijiet serji ta' abbuż minn saċerdot fiċ-Ċilì u li l-Isqof ta' Osorna Juan De Cruz Barros Madrid kien xhid tal-abbużi u m'għamel xejn. 

More in Politika