Mara ta' 38 sena li kienet taħdem l-Isptar Mater Dei ammettiet l-akkużi ta' serq miġjubin kontriha. Il-mara li taħdem bħala 'telephone operator' dehret quddiem il-Maġistrat Francesco Depasquale u kienet akkużata b'serq aggravat, miżaproprijazzjoni u li kienet riċediva meta wettqet dan l-att.
Kienet l-ispettur Lara Butters li qalet lill-Qorti kif wieħed mill-mowbajls instab fil-hanbag u l-ieħor fil-bra tal-akkużata. Iż-zewġ mowbajls kienu rritornati lill-amministrazzjoni tal-isptar, li hija proprjetarjarja tal-mowbajls.
L-akkużata kienet deskritta bħala persuna li ilha tbati minn problema tal-vizzju tad-droga li tmur lura 20 sena.