L-UE se tintaxxa kumpaniji kbar bħal Amazon u Facebook

....Il-Ministru Franċiż Bruno le Maire jgħid li t-taxxa se tkun diżinċentiv għal dawk li jħallsu taxxa f'pajjiż fejn ir-rati huma baxxi

Kumpaniji kbar se jkollhom iħallsu aktar...
Kumpaniji kbar se jkollhom iħallsu aktar...

L-Unjoni Ewropea se tkun qed tiżvela pjani biex kumpaniji bħal Amazon u Facebook ikunu intaxxati billi timponi taxxa li se tvarja minn 2% sa 6% fuq id-dħul minn kull pajjiż minn fejn joepraw. Dan tħabbar mill-Ministru tal-Finanzi Franċiż Bruno Le Maire.

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret illi se tkun qed tippreżenta dawn il-pjani sal-aħħar ta' Marzu u dan biex dawn il-ġganti diġitali jirrappurtaw id-dħul tagħhom mill-pajjiż illi minnu qed joperaw. 

Kif inhi s-sistema illum, dawn il-kumpaniji jistgħu jagħżlu li jħallsu t-taxxi minn pajjiżi fejn it-taxxa hija baxxa, minkejja li tkun topera minn pajjiżi oħrajn ukoll. Kritiċi jgħidu li s-sitwazzjoni preżenti qed twassal biex gvernijiet tal-UE jitilfu biljuni ta' ewri, filwaqt li jagħti vantaġġ li mhux ġust. 

Is-sit AFP irrapporta illi dawn il-ġganti qed jippreparaw għal din l-eventwalità b'uħud diġa jħabbru li se jħallsu aktar f'kull pajjiż illi minnu joperaw. 

Minn angolu lokali dan jista' jidher bħala pass ieħor tal-UE biex tiġġieled rati favorevoli ta' taxxa, li tivvantaġġja pajjiżi bħal Malta li użaw dan il-vantaġġ biex attiraw diversi kumpaniji biex jiftħu, joperaw u/jew iħallsu t-taxxa f'Malta. 

More in Politika