Aġġornata | Delia jitlob is-sospensjoni tad-diskussjoni dwar il-pensjonijiet tad-deputati
....jgħid illi l-priorità tal-PN tibqa' in-nies, speċjalment il-pensjonanti
More in Politika
....jgħid illi l-priorità tal-PN tibqa' in-nies, speċjalment il-pensjonanti
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jitlob lill-Gvern biex jissospendi minnufih il-liġi dwar il-pensjonijiet ta' dawk id-deputati li jkunu servew fil-Parlament darba biss.
Ħabbar dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, f'intervent li ntwera' fuq l-istazzjon tal-PN. Delia sostna li issa huwa ż-żmien li naraw "kif il-pajjiż l-aħjar li jista' jieħu ħsieb lil dawk fil-bżonn. Il-priorità tagħna kienet u tibqa' n-nies."
Delia qal illi l-Whip tal-PN Robert Cutajar se jkun qed jikkomunika mal-Whip tal-PL Byron Camilleri, dwar din il-materja.
Id-diskussjoni dwar reviżjoni fil-pensjoni tfisser illi Deputat jkun jista' jirċievi il-pensjoni taż-żewġ terzi b'mod sħiħ, anke jekk iservi terminu wieħed biss fil-Parlament. Deputati li ma jagħmlux terminu wieħed sħiħ jirċievu pensjoni pro-rata.
L-aktar voċiferi kontra din il-proposta huma d-deputati tal-PD Marlene u Godfrey Farrugia li qed isostnu illi tħallew barra mid-diskussjoni. Iktar kmieni illum bdew ukoll petizzjoni biex jitwaqqfu dawn it-tibdiliet filwaqt li Godfrey Farrugia akkuża lill-Gvern illi qed jaħseb għalih biss. Intant iktar tard bil-lejl il-Gvern ħabbar ukoll li se jissospendi tali diskussjoni, bil-PD jgħid li għamel rabħa fuq iż-żewġ partiti li kienu, oriġinarjament, qablu, ma' tali bidliet.