Anke jekk bla xogħol, Iż-żgħażagħ Maltin jippreferu jibqgħu Malta

...fil-fatt 73% ta' dawk bejn l-20 u l-34 sena u li m'għandhomx impjieg mhumiex lesti li jitilqu u jsibu impjieg barra l-pajjiż...

Ritratt meħud minn maltatvchannel.com
Ritratt meħud minn maltatvchannel.com

Malta huwa l-pajjiż illi għandu l-ogħla rata ta' żgħażagħ bla impjieg li mhumiex lesti li jitilqu mill-pajjiż biex isibu xogħol, probabilment riflessjoni tar-rata baxxa ħafna ta' qgħad li qed tesperjenza Malta bħalissa kif ukoll tal-kultura partikolari ta' rabtiet familjari mill-qrib. Fil-fatt minn ċifri tal-Eurostat jirriżulta illi 73% taż-żagħżagħ Maltin bla impjieg mhumiex lesti illi jitilqu mill-pajjiż biex isibu xogħol f'pajjiż ieħor. 

Wara Malta r-rati għoljin ta' żgħażagħ li mhumiex lesti jitilqu mill-pajjiż, għalkemm m'għandhomx impjieg, huma fl-Olanda b'69% u Ċipru bi 68%. 

L-istess ċifri juru li 9% ta' dawk li għandhom bejn 20 u 34 sena u li jaħdmu Malta ġew minn pajjiż ieħor. L-ogħla rata ta' ħaddiema immigranti fost dan is-settur tal-popolazzjoni huma fl-Irlanda (26%), Franza (16%) u l-Finlandja (14%). 

More in Politika