Jitnieda l-Fond 'Google Digital News Initiative'
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jfakkar fl-importanza tal-ġurnaliżmu f'soċjetà demokratika....
More in Politika
Is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri jfakkar fl-importanza tal-ġurnaliżmu f'soċjetà demokratika....
Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri nhieda l-Fond Google Digital News Initiative , li jfisser li l-industrija Maltija fil-qasam tax-xandir u l-media għandha aċċess għal $150miljun.
Silvio Schembri rrimarka kif il-modi differenti ta’ kif tasal l-aħbar inbidel; minn dak li jkun jistenna l-aħbarijiet ta’ filgħaxija, għall-aċċess tal-gazzetti minn tablet u mobile phones. “Li wieħed jaqta’ l-kurżità hija xi ħaġa li trid tkun milħuqa f’termini ta’ ħin kif ukoll spazju,” qal Schembri filwaqt li żied li l-fond ta’ Google, Digital News Initiative, huwa mmirat li jindirizza l-isfidi li kmamar tal-aħbarijiet qed jaffaċċjaw.
Il-fond huwa mfassal b’kollaborazzjoni bejn Google u dawk li jippublikaw l-aħbarijiet madwar l-Ewropa u dan b’appoġġ lejn ġurnaliżmu ta’ kwalità għolja xprunat bl-użu tat-teknoloġija u l-innovazzjoni, żewġ elementi li jsaħħu ekosistema ta’ aħbarijiet sostenibbli. “It-teknoloġija hija sors biex jissaħħaħ il-ġurnaliżmu,” qal Schembri filwaqt li nkoraġixxa lil dawk involuti f’dan is-settur biex iressqu ’l quddiem il-proġetti tagħhom.
Sa issa, permezz ta’ dan il-fond, ġew investiti €51 miljun f’aktar minn 252 proġett minn madwar 27 pajjiż differenti fl-Ewropa. Proġetti li jvarjaw minn dawk marbuta ma’ kif wieħed jiċċekja l-fatti għal dawk li jagħtu rakkomandazzjonijiet fuq sistemi ta’ kontenut bl-użu tat-teknoloġija learning machine biex wieħed jaddatta għal dak li jfittxu l-qarrejja, għal proġetti bbażżati fuq artificial intelligence and blockchain technologies permezz ta’ realtà virtwali.
“Dan huwa ċ-ċans tagħkom li tkunu innovattivi fil-qasam diġitali. Il-ġurnaliżmu għandu rwol importanti f’soċjetà demokratika, huwa wieħed mill-erba’ pilastri u permezz ta’ dan il-fond qed nagħtu l-għodod biex issaħħu l-kontenut filwaqt li żżommu f’moħħkom il-qarrejja,” qal Schembri.
Waqt it-tnehdija tal-fond ipparteċipaw il-Membru Parlamentari Ewropew Marlene Mizzi li flimkien ma’ Enrico Bellini, Manager tal-Politika Pubblika fi ħdan Google, ħadu sehem f’diskussjoni dwar is-suġġett segwita minn messaġġ mill-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli.