Wara laqgħa tal-Kumitat għall-Ħatriet Pubbliċi, il-Gvern u l-Oppożizzjoni qabblu dwar il-ħatra tal-Professur John Mamo bħala ċ-Ċermen il-ġdid tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA).
Din mhux l-ewwel ħatra pubblika ta’ Mamo. Huwa kien membru tal-Kummissjoni Permanenti għar-Riforma fil-Liġi u fl-2002 kien maħtur ukoll Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.
Matul il-karriera twila tiegħu, huwa serva fil-bord ta’ diversi kumpaniji f’Malta u anke barra minn Malta bħala direttur jew ċerpersin.
Apparti minn hekk, l-istess kumitat ħatar lil Andre Psaila u anke lil Mario Borg bħala gvernaturi ġodda tal-MFSA.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji spjega li l-ħatra tagħhom saret hekk kif inħasset il-ħtieġa li fl-MFSA ikun hemm persuni b’esperjenza fl-oqsma tal-fintech u anke tal-muniti virtwali, fost oħrajn.