Esplora rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa proġetti Ewropej

Esplora għalhekk ser ikun esebit bħala parti minn wirja li ser titmexxa mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell

Il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) ħabbar li l-proġett Esplora, iċ-Ċentru Interattiv għax-Xjenza, ġie magħżul mill-Kummissjoni Ewropea bħala wieħed mill-proġetti emblematiċi fl-għeluq it-tletin anniversarju tal-Politika ta’ Koeżjoni.

Esplora għalhekk ser ikun esebit bħala parti minn wirja li ser titmexxa mill-Kummissjoni Ewropea fi Brussell flimkien ma’ stati membri oħra.

Dan il-proġett kien fetaħ il-bibien tiegħu għal-pubbliku nhar il-Ġimgħa 28 t’ Ottubru 2016. Dan il-proġett li kien l-ewwel tax-xorta tiegħu f’Malta, huwa mmexxi miċ-Ċerman Eżekuttiv ta’ l-MCST, Dr. Jeffrey Pullicino Orlando.

“Aħna kburin b’dan ir-rikonoxximent li ngħata lil snin ta’ dedikazzjoni u ħidma siewja sabiex Esplora jkun wieħed mill-aqwa Ċentri Interattivi għax-Xjenza kif ukoll attrazzjoni ewlenija f’pajjiżna,” saħaq iċ-Ċermen Eżekuttic tal-MCAST Jeffrey Pullicino Orlando.

Ir-rinovażżjoni li saret fuq dan il-bini storiku, dam madwar kważi tlett snin biex jitlesta u sewa madwar €26 miljun; €14.5 miljun mill-fondi ġew mill-Fond Ewropew għall-iżvilupp Reġjonali.

More in Politika