Il-Parlament Ewropew qed jappoġġja l-miri nazzjonali ta’ tnaqqis tas-CO2 biex jintlaħaq dak maqbul fil-Ftehim ta’ Pariġi.
Fost affarijiet oħra, dawn il-miri jindirizzaw l-emissjonijiet mill-irziezet, it-trasport, il-bini u l-iskart.
Il-miri nazzjonali huma parti mill-mira ta’ tnaqqis ta’ 30% tal-karbonju mill-livelli tal-2005, sal-2030.
Il-Parlament Ewropew qed jappoġġja wkoll l-impenn biex sal-2030 l-emissjonijiet jitnaqqsu b’40% mil-livelli tal-1990.
Skont il-miri, is-CO2 prodott mit-trasport, l-agrikoltura, il-bini u l-iskart irid jitnaqqas bi 30% madwar l-UE kollha. Dak prodott u assorbit mill-foresti u l-użu tal-art irid ikun ibbilanċjat sal-2030.
Malta għandha tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra b’19% sal-2030 mil-livelli tal-2005.
Il-Parlament adotta wkoll liġi separata bil-għan li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra mill-użu tal-art u l-foresterija u jittejbu l-livelli ta’ emissjonijiet assorbiti mill-foresti, biex jiġi miġġieled it-t-tibdil fil-klima.