Ma fhimtx x'ġara? U t-tanker x'għandu x'jaqsam? Aqra hawn
17 Black, Tillgate u Hearnville u t-tanker tal-LNG pass pass
More in Politika
17 Black, Tillgate u Hearnville u t-tanker tal-LNG pass pass
Il-Proġett Daphne llum ippubblika t-tieni storja tiegħu. Wara li lbieraħ l-attenzjoni kienet fuq il-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona u l-bar fis-Siġġiewi, illum il-paġna daret fuq iċ-Chief of Staff Keith Schembri u l-Ministru Konrad Mizzi.
Fil-qalba tar-rapporti tal-lum hemm il-kumpanija 17 Black. Aqra hawn x'qed jingħad:
Aktar tard Keith Schembri joħroġ stqarrija u fiha jikteb hekk:
"17 Black and MacBridge were included in draft business plans for my business group as potential clients.
My companies make dozens of business plans such as these. However, it is a fact that neither 17 Black nor MacBridge ever became clients of my business group, and no transactions were ever recorded with these companies, or with me personally.
I have no knowledge of the transfers referred to, nor any knowledge of the alleged payment."
Dan ifissier li Keith Schembri qed jirrikonoxxi li kien jaf bl-eżistenza ta' 17 Black.
Konrad Mizzi jiċħad ukoll
Meta mistoqsi mill-Proġett Daphne, Konrad Mizzi qal li ma kien hemm l-ebda rabta bejn il-kumpaniji, it-trust u l-kumpanija 17 Black. Kelliem insista ma’ dak li dejjem qal il-Ministru Mizzi, jiġifieri li Hearnville qatt ma kellha kont bankarju u li qatt ma rċeviet flus mingħand ħadd.
Konsorzju ta' 18-il kamra tal-aħbarijiet internazzjonali, fosthom Reuters, La Monde, La Repubblika, in-New York Times u The Guardian, ingħaqdu fi Proġett Daphne, bil-għan li jkompli dak li bdiet il-ġurnalista Daphne Carauana Galizia.
Galizia nqatlet b'bomba f'karozza fis-16 ta' Ottubru li għadda.