Il-Ministru Chris Cardona insista illi dak li kien ippublikat dalgħodu dwaru fuq is-sit timesofmalta.com kienet biss spekulazzjoni. Fi stqarrija għal recording li fih tinstema' persuna tallega li Cardona kien f'bar fis-Siġġiewi u li kien iltaqa' ma' wieħed mill-akkużati tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, il-Minstru qal li hu "għamel kuntatt mal-pulizija eżekuttiva u offra d-disponibbiltà tiegħu lill-awtoritajiet biex jiċċara l-allegazjonijiet in kwistjoni."
"Dalgħodu, min jeddu, il-Ministru ta' stqarrija lill-Ispettur Keith Arnaud, l-uffiċjal prosekutur fil-proċeduri kriminali kontra t-tliet suspettati fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizi" F'din l-istqarrija ċċara li jiċħad li kien fil-bar nhar il-Ħadd 3 ta' Diċembru 2017, li qatt kellu laqgħa mal-akkużati, li hu kien ikun il-bar biex jara xi partita football filwaqt li m'eskludiex li hu seta' kien preżenti fl-istess ġin li wieħed mis-suspettati kien preżenti fl-istess bar.
"Ta min ifakkar li l-allegat xhud f’dan il-każ ġie introdott mal-membri tal-media minn uffiċjal għoli tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista”.