Dalwaqt: Ana Gomes flimkien mad-delegazzjoni dwar is-saltna tad-dritt lura f'Malta
....se jkunu qed jitolbu li jindirizzaw il-Parlament Malti wkoll
More in Politika
....se jkunu qed jitolbu li jindirizzaw il-Parlament Malti wkoll
Id-delegazzjoni mill-Parlament Ewropew li kienet Malta lejn l-aħħar tas-sena l-oħra se terġa tiġi Malta wara l-aħħar stejjer li ħarġu u li jitrattaw il-kumpanija '17 Black', 'target client' tal-kumpaniji Tillgate u Hearnville, li huma wkoll il-kumpaniji li kienu fetħu l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri. Dawn il-kumpaniji ngħalqu ftit wara li kienu żvelati.
L-MEP Nazzjonalista David Casa kkonferma dan iktar kmieni llum, hekk kif qal li wara laqħat li saru kien deċiż li d-delegazzjoni tiġi u fost l-oħrajn, tindirizza lill-Parlament Malti.
Mas-sit timesofmalta.com Casa stqarr illi s-sitwazzjoni f'pajjiżna hija waħda gravi.
Parti mid-delegazzjoni kienet magħmula wkoll minn Sven Giegold li iktar kmieni din il-ġimgħa wiegħed li l-Parlament Ewropew se jkun qed jinżel b'saħħa liema bħala fuq Malta wara l-allegazzjoni mxandra mill-midja Ġermaniża, u sussegwentement minn dik lokali, illi €1.3 miljun għaddew lil '17 Black', inkluż allegat $200,000 mingħand l-aġent lokali tat-tanker tal-LNG li daħal fil-port ta' Marsaxlokk is-sena l-oħra.
Għadu ma kienx deċiż meta ġejja din id-delegazzjoni iżda jidher li dawn qed jesprimu sens ta' urġenza.