Il-Parlament Ewropew b'appell biex tkun proposta liġi tal-UE kontra s-SLAPP
...appoġġ akbar għall-provdituri tas-servizzi pubbliċi u l-ġurnalisti investigattivi...
More in Politika
...appoġġ akbar għall-provdituri tas-servizzi pubbliċi u l-ġurnalisti investigattivi...
-MEPs appellaw lill-Kummissjoni biex talloka fondi mill-baġit tal-UE biex jiġi appoġġat il-Media Pluralism Monitor li jinsab fiċ-Ċentru għall-Pluraliżmu u l-Libertà tal-Midja, u toħloq mekkaniżmu ta’ monitoraġġ indipendenti li jivvaluta t-theddid kontra l-pluraliżmu u l-libertà tal-midja fl-UE.
Huma talbu wkoll lill-istati membri biex ikabbru l-appoġġ finanzjarju għall-provdituri tas-servizzi pubbliċi u l-ġurnalisti investigattivi, filwaqt li joqgħodu lura minn indħil f’deċiżjonijiet editorjali. Il-finanzi pubbliċi kollha li jmorru lejn is-sidien tal-midja għandhom jiġu monitorjati regolarment, iżid jgħid it-test. L-MEPs tennew l-appell tagħhom għal trattament indaqs tal-midja kollha fir-rigward tal-VAT (per ezempju billi majkunx hemm diskriminazzjoni bejn l-istampa u l-portali tal-aħbarijiet), kif irrakkomandat fir-riżoluzzjoni tagħhom tal-2011.
Monitoraġġ regolari tal-libertà tal-espressjoni
Biex il-ġurnalisti jiġu protetti mill-vjolenza u t-theddid, għandu jinħoloq korp regolatorju indipendenti u imparzjali, f’kooperazzjoni mal-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti, biex l-atti ta’ vjolenza jkunu monitorjati u rrapportati. Il-ġurnalisti li ġew mhedda u mxekkla milli jagħmlu xogħolhom jeħtieġu sistemi legali effettivi li jippermettuhom jevitaw l-awto-ċensura, jinnota t-test.
”Fakenews”: faċilitazzjoni tal-kontroll tal-fatti
It-test jinnota li l-użu tat-terminu “fake news”, “m’għandu qatt ikun immirat biex jimmina l-kunfidenza tal-pubbliku fil-midja u biex jiskredita u jikkriminalizza dawk li jikkritikaw”.
Biex titħaddan l-informazzjoni objettiva, l-MEPs iħeġġu l-kumpanniji tas-social media u l-pjattaformi online biex jiżviluppaw għodda biex l-utenti jkunu jistgħu jirrapportaw aħbarijiet potenzjalment fażulli, jitwettqu rettifiki faċilment, u jippermettu li jsiru valutazzjonijiet minn organizzazzjonijiet tal-kontroll tal-fatti li jkunu imparzjali u indipendenti.
Fl-aħħar, l-MEPs jappellaw lill-Kummissjoni biex tipproponi Direttiva kontra s-SLAPP (strategic lawsuit against public participation) li għandha tipproteġi l-midja indipendenti kontra kawżi intiżi biss biex isiktuhom jew jiġu intimidati.