L-ittestjar ta' kożmetiċi fuq l-annimali huwa illegali fl-Unjoni Ewropea (UE) għalkemm għadu legali f'ħafna pajjiżi madwar id-dinja. Fid-dawl ta' dan, il-Parlament Ewropew qed jappella biex ikun hemm attentat diplomatiku għall-projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali madwar id-dinja kollha.
Membri Parlamentari Ewropej (MEPs) diversi qalu illi l-projbizzjoni ta' dan l-att fl-UE ma waqqafx lill-industrija tal-kożmetika milli topera, anzi din għadha qed tikber u qed toffri ma żewġ miljun post tax-xogħol. Huma nnutaw ukoll li fil-Liġi tal-UE hemm 'toqob' hekk kif xi prodotti huma ittestjati fuq annimali barra l-UE qabel ma jerġgħu jkunu ttestjati fib stati membri..
Huma qalu illi n-nuqqas ta' 'data' dwar kożmetiċi li huma ttestjati fuq l-annimali imbagħad impurtati fl-UE hija 'kwistjoni serja'.
L-MEPs għalhekk qed jitolbu lill-mexxejja Ewropej biex jużaw il-kuntatti diplomatiċi tagħhom biex b'hekk jitwaqqaf kull forma ta' ttestjar fuq l-annimali madwar id-dinja.
Ir-riżoluzzjoni għaddiet b'620 vot favur, 14 kontra u 18-il astensjoni.