Il-Gvern se jkun qiegħed iħallas għall-kura kollha li l-kuntistabbli Simon Schembri se jkollu bżonnu, anke jekk barra minn Malta.
Kien qarib tal-kuntistabbli li fuq Facebook irringrazzja lill-Prim Ministru Joseph Muscat wara li kellu laqgħa privata ma’ mart il-vittma u anke ma’ qraba oħra ta’ Schembri.
Skont il-post, il-Prim Ministru assigura wkoll lill-familja li mhu se tkun qed titlef l-ebda benefiċċji.
Qal ukoll li Muscat offra diversi għażliet lil Schembri wara li jingħata l-kura kollha neċċessarja
Simon Schembri għadu qed jissielet għal ħajtu fit-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-Isptar Mater Dei.