MEPs jikkritikaw is-Summit f'wiċċ Juncker u Tusk

Numru kbir ta' MEPs jingħaqdu ma' kor ta' diżapprovazzjoni għas-Summit Ewropew li falla milli jagħti soluzzjonijiet għall-problema tal-immigrazzjoni

Ir-riżultati tal-aħħar summit tal-UE mhumiex sodisfaċenti għal ħafna MEPs li sostnew fi Plenarja mal-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk u l-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean Claude Juncker, illi kien hemm nuqqas ta' progress f'dak li jirrgwarda riforma fl-ażil, fost oħrajn. 

Il-maġġoranza tal-kelliema kkritikaw lill-Kapijiet tal-Istati u l-Gvernijiet Ewropej illi, skonthom, ma kienux kapaċi jilħqu ftehim sostanzjali dwar kif se jindirizzaw id-dħul ta' immigranti fl-Ewropa. Huma qalu illi minkejja s-Summit, ftit li xejn se jinbidel fir-realtà u iktar nies se jibqgħu jmutu fil-Baħar Mediterran.

Il-President tal-Parlament Ewropew (PE) Antonio Tajani fakkar kif il-PE ilu jistenna żmien twil biex jibda in-negozjati dwar ir-Riforma tar-Regolazzjoni Dublin. 

Intant anke l-gazzetta ILLUM iddedikat l-aħħar editorjal tagħha dwar dan is-suġġett. 

Ara wkoll xi tgħid il-Liġi tal-UE; Hawnhekk 

More in Politika