L-ewwel pass biex titwaqqaf l-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex

Din l-Awtorità Se tkun tinkludi rappreżentanza minn entitajiet varji Għawdxin

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana preżentat fil-Parlament Abbozz tal-liġi għat-twaqqif tal-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex.

Din l-Awtorità dwar l-Iżvilupp Reġjonali għal Għawdex se tkun responsabbli mill-implimentazzjoni u mill-aġġornament tal-istrateġija dwar l-iżvilupp reġjonali għal Għawdex u se tkun tinkludi rappreżentanza minn entitajiet varji Għawdxin.

L-awtorità se titwaqqf b’att parlamentari wara li dan l-istess abbozz se jiġi ppreżentat għall-konsultazzjoni pubblika apparti d-diskussjoni fil-Parlament.

Fi stqarria, il-Ministeru għal Għawdex qal li "dan hu l-ewwel pass għall-implimentzzjoni ta’ wegħda elettorali oħra ta’ dan il-gvern."

 

More in Politika