Jingħata l-permess biex l-iskart tal-kostruzzjoni jintrema f'10 barrieri

Waħda minn dawn il-barrieri ngħatat ukoll il-permess biex ikun jista' jintrema fih skart li tal-kostruzzjoni li jkun jista' jintuża għar-riċiklaġġ

L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet il-permess biex għaxar barrieri fil-limiti tal-Imqabba, is-Siġġiewi u l-Iklin ikunu jistgħu jirċievu skart tal-kostruzzjoni.

Waħda minn dawn il-barrieri ngħatat ukoll il-permess biex ikun jista' jintrema fih skart li tal-kostruzzjoni li jkun jista' jintuża għar-riċiklaġġ.

Fi stqarrija, l-Awtorità qalet li l-permess jinkludi wkoll kundizzjonijiet biex ikun assigurat li r-rimi jsir mingħajr l-ebda ħsara ambjentali.

Fost dawn, hemm regoli ċari dwar l-iskart li jista' jkun aċċettat.

Il-permessi kollha huwa suġġetti għall-garanzija bankarja biex ikun assigurat li kulħadd jimxi skont ir-regoli.

Dalgħodu, il-Partit Demokratiku appella lill-Gvern biex jiddikjara x'inhuma l-pjanijiet tiegħu, kemm għalissa u anke għall-futur, dwar l-iskart iġġenerat mill-kostruzzjoni u d-demolizzjoni.

More in Politika