Delia jitlob lill-Avukat Ġenerali biex jingħata r-rapport sħiħ tal-inkjesta Egrant

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista fakkar li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Laburista għandu kopja sħiħ tal-atti tal-inkjesta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kiteb lill-Avukat Ġenerali Peter Grech biex jitolbu li jingħata kopja sħiħa tal-atti tal-inkjesta li ġiet konkluża mill-Maġistrat Aaron Bugeja. 

Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista saħaq li ;-Avukat Ġenerali laqa' t-talba li saritlu mill-Prim Ministru Joseph Muscat biex bħala l-persuna li kienet għamlet it-talba biex issir l-inkjesta jkollu kopja tar-rapport.

"Għalhekk qegħdin f'sitwazzjoni fejn filwaqt li l-Prim Ministru u l-Kap tal-Partit Laburista għandu kopja sħiħ tal-atti tal-inkjesta, l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia m'għandux kopja sħiħa. Din is-sitwazzjoni toħloq żbilanċ politiku favur il-Gvern, li qed jieħu vantaġġ minnha u qed tpoġġi lill-Oppożizzjoni fi żvantaġġ," saħaq Adrian Delia.

Għalhekk l-istqarrija ttemm tgħid li Delia qed jistenna li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ma jkunx parteċipi f'dan l-iżbilanċ u jgħaddi minnufih kopja sħiħa lill-Oppożizzjoni tal-atti tal-inkjesta li kkonkluda l-Maġistrat Aaron Bugeja. 

Aqra aktar:

Xejn li jorbot lil Michelle Muscat ma' Egrant - firem foloz fuq dokumenti relatati ma' Egrant

L-Amministrazzjoni tal-PN tappoġġja lil Delia biex Busuttil jirriżenja

Wara l-pożizzjoni tal-PN, tmien Deputati joħorġu għonqhom għal Busuttil

More in Politika