Malta bl-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewropea

...Mit-tieni post, issa Malta tinsab fil-ħames post fost il-pajjiżi tal-UE bl-inqas rata ta' qgħad

Malta rreġistrat l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni Ewroea kollha, għalkemm in ġenerali imxiet ftit lura fil-lista biex b'3.9% illum hija l-ħames pajjiż bl-inqas rata ta' qgħad. Dan jirriżulta minn ċifri tal-Eurostat għax-xahar ta' Ġunju. 

Dan xorta jpoġġi lil pajjiżna bħala wieħed minn dawk bl-inqas rati ta' nies mingħajr impjieg, mar-Repubblika Ċeka, l-Ġermanja, l-Ungerija u l-Polonja. 

B'5.5% biss Malta kellha l-inqas rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ, segwita mill-Ġermanja b'6.2%, u l-Olanda b'7.2%. L-ogħla rata ta' qagħad fost iż-żgħażagħ kienu fil-Greċja (42%), Spanja (34%) u l-Italja (32%).  

More in Politika