Il-Federazzjoni Maltija ghall-Prodottoti tal-Akwakultura illum laħqet ftehim ma' erba minn ħames operaturi tal-industrija tat-tonn li qed jirregola l-proċeduri ta' bejniethom waqt il-perjodu ta' bejn Awissu u l-ahhar t'Ottubru biex ikollna baħar wiehed u nadif. Il-Federazzjoni lahqet dan il-ftehim wara li nnotat u semgħet l-ilmenti tan-nies u l-isfida li għandu l-Gvern li jżomm bilanċ, bejn l-industrija u l-pubbliku in ġenerali.
Il-ftehim jaħseb li għal waqt il-perjodu li huma jkunu qed jagħlfu l-ħut l-operaturi għandhom jassiguraw li jaddottaw l-aqwa u l-aħjar proċeduri b'rispett sħiħ lejn l-ambjent fosthom:
- Illi kull operatur għandu jassigura li jpoggi l-booms ma' kull gaġġa biex jilqa' kull tip żejt li jista' johrog mill-alf;
- Illi li kull operatur għandu jkollu dgħajsa minn tiegħu ddeddikata biex ddur mal-gaġġeġ ħalli tiġbor kull tip ta' materjal (waste) kemm jekk dak iġġenerat mill-industrija u anke jekk le, waqt li id-dghajsa trid tkun mgħamra bi skimmer;
- Illi l-alf ghandu jiġi trasportat u proċessat skont l-aqwa prattici ambjentali inkluz anke booms mad-dghajsa waqt li dan ikun qed jigi mghobbi minn fuq il-kosta;
- Illi ghandu jkun hemm persuna indipendenti imqabda mill-Federazzjoni biex tassesja u tirraporta lura lill-Federazzjoni l-prattiċi użati mill-operaturi firmatarji ta' dan il-ftehim;
- Illi apparti minn hekk ghandu jkun hemm żewġ dghajjes ohra jduru mal-kosta biex jigbru kull tip ta' skart mormi fil-baħar inkluż plastics u materjal ieħor li jkerraħ l-ambjent u jagħmel ħsara lill-eko-sistema tagħha;
- Illi ghandu jitwaqqaf call centre li jopera sebat'ijiem fil-gimgha biex jircievi l-ilmenti tan-nies dwar kull inkonvenjent li jista' jiltaqghu mieghu fil-bahar;
- Illi l-Federazzjoin qed iżomm id-dritt li tidderieġi lill-membri firmatarji ta' dan il-ftehim biex ma jagħlfux il-hut tagħhom jekk u meta tkun il-ħtieġa; u
- Illi l-Federazzjoni qed iżżomm id-dritt li tinforma lill-pubbliku aġġornat b'kollox dwar dan il-ftehim li huwa wieħed trasparenti u miftuħ għall-iskrutinju tan-nies u l-awtoritajiet regolatarji.
Il-Federazzjoni flimkien mal-erba minnħames operaturi li huma lkoll Maltin jemmnu li dan il-ftehim in konformita mal-permessi ambjentali u l-konċessjoni li huma għandhom mid-dipartiment ser izid ir-responsabilita fuqhom waqt li jinfethu ghal kull proceduri ta' infurzar li jista' jkun hemm. U dan sabiex l-industrija, li llum tiggenera madwar €200 miljun fl-ekonomija Maltija, tkompli tikber b'mod sostenibbli.
Il-ftehim ġie ffirmat f'Tokyo fil-Gappun waqt li l-operaturi kienu qed jieħdu sehem fit-trade mission organizzata minn Trade Malta li qed takkumpanja lill-Prim Ministru. Il-Federazzjoni tinnota ukoll b'sodisfazzjon il-kummenti li kellhom xi jghidu dwar il-prodott Malti kemm il-poplu Gappunizi kif ukoll il-kummenti pozittivi li ghadda l-PM dwar din l-istess industrija.
L-operaturi firmatarji ta' dan il-ftehim huma s-socjetajiet AJD Tuna Limited, Fish and Fish Limited, Malta Mariculture Limited u MFF Limited.