Numru ta' nies mill-Kottonera, speċjalment mill-Kalkara, jinsabu ferm irrabjati hekk kif minn pajp fil-blat kien jidher ħiereġ likwidu iswed, donnu mimli b'dud mejjet. Dan l-ilma qed joħroġ fil-bajja tar-Rinella, li hija l-unika bajja fiż-żona tal-Kottonera.
Id-Deputat Laburista fuq it-tieni distrett, Glenn Bedingfield, sejjaħ għal investigazzjoni biex l-awtoritajiet jaraw minn fejn ġej dan il-likwidu maħmuġ li qed iħammeġ l-ibħra tal-Port il-Kbir.
Kollox beda b'filmat iktar kmieni minn resident, fuq Facebook li qal illi dan l-ilma qed iħalli riħa tinten ħafna.